Ktieb ġdid mingħand Horizons: L-Anġlu tal-Lament

Raġel qrib l-erbgħin, twil fuq is-sitt piedi bi spallejn miftuħin. Riħa ħafifa ta’ fwieħa eleganti u mhux invadenti imħallta ma’ riħa rqiqa ta’ nikotina. Għajnejh żoroq lewn il-baħar ta’ Kemmuna kmieni wara nofsinhar f’xi ġurnata xemxija fix-xitwa, u tbissima magħmula minn għexieren ta’ ħajjiet passati. Għax hekk stħajjiltu, bniedem ta’ erbgħin b’espressjoni ta’ wieħed nejjieki ta’ ħmistax u ħarsa ta’ wieħed li jaf l-eternità.