Il-Furban Malti El Sakr u l-Assedju tal-1551 - Sebastian Debono

Il-?rajja tal-assedju ta’ Malta u G?awdex li se?? f’Lulju tas-sena 1551 hija m?ewqa b’xi elementi strambi. Eluf ta’ gwerrieri gwappi Torok flimkien ma’ mijiet ta’ pirati ?orox ta’ Barberija ?ew je?duha kontra g?iritna. Mag?hom kien imda??al il-qalil kursar Dragut, mag?ruf fl-Ewropa kollha b?ala t-terrur tal-Insara. Suleyman kien g?adu kif la??qu kapudan, ji?ifieri ammirall tal-imriekeb kollha tal-kursara ta’ Barberija. Huwa u jag?tih dan l-unur, l-Imperatur Tork g?amilhielu ?ara li riedu jfittex je?ilsu darba g?al dejjem mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San ?wann kemm mill-g?ejjer Maltin kif ukoll minn Tripli fil-Libja.

Huma u ?ejjin Malta dawn il-?ellieda Sara?ini b’kura?? u b’ardir sfa??at attakkaw u ?arqu g?alkollox il-port ta’ Messina. Issoktaw isalpaw lejn Malta u ?ebbew g?aliha. I?da, ?a?a tal-iskantament, dan l-assedju ntemm ?abta u sabta wara ftit jiem biss. Din l-irtirata kienet ta’ g?ajb g?all-e?er?iti Sara?ini u g?all-pirati ta’ Barberija. Lanqas ?aqq l-istrapazz biex dawk l-eluf ta’ ?ellieda ?ew hawn u ?arrew mag?hom g?odod tqal ta’ gwerra, bhejjem u provi?jonijiet ta’ ikel u xorb! Imbag?ad, x’kien dak l-isparar ta’ kanun f’San Pawl il-Ba?ar? U, g?ala Dragut mar je?odha wa?du wa?du kontra l-G?awdxin?

F’dan it-tieni r-rumanz dwar il-?rajjiet tal-furban Malti El Sakr noffri soluzzjoni g?all-misteri li l-brimba tas-snin sawret f’g?anqbuta m?abbla g?all-a??ar. L-avventuri ma jonqsux, waqt li El Sakr jittituba fih innifsu bejn il-?ibda lejn s?abu l-pirati u dik lejn ?utu l-Maltin u l-G?awdxin, bejn l-im?abba g?al pajji?u u l-mibeg?da g?all-kavallieri.